M&Co hija waħda mill-akbar bejjiegħa bl-imnut b’sidien privati fir-Renju Unit u ilha tbiegħ ħwejjeġ ta’ kwalità għal 50 sena. Oriġinarjament, fis-sittinijiet, kien negozju żgħir tal-familja b’6 ħwienet biss fi Glasgow, li kien proprjetà tal-familja McGeoch. Iżda M&Co, kif inhi magħrufa issa, għandha kważi 300 ħanut madwar il-pajjiż. Tista’ ssibna fit-toroq fejn jinsabu l-aqwa ditti madwar ir-Renju Unit, mill-Gżejjer Shetland fil-parti li tinsab l-aktar fit-Tramuntana tal-Iskozja sa Penzance li jinsab fit-tarf tal-kosta fil-lbiċ tal-Ingilterra.
Sa mill-ewwel prodotti tagħna, 50 sena ilu, iffukajna fuq il-kwalità, iżda dejjem offrejna prezzijiet tajbin. Filwaqt li nispeċjalizzaw fil-ħwejjeġ tan-nisa, l-irġiel, it-tfal u l-affarijiet għad-dar, nispiraw ruħna minn dak li jiġri madwarna u l-ħajja tal-klijenti tagħna biex noħolqu varjetajiet iddisinjati esklussivament, li huma disponibbli għax-xiri minn mijiet ta’ toroq fejn jinstabu l-aqwa ditti fir-Renju Unit u online fuq www.mandco.com. Nipproċessaw aktar minn 200,000 tranżazzjoni fil-ġimgħa u nippakkjaw aktar minn 450,000 oġġett f’basktijiet tal-ġarr ta’ M&Co kull ġimgħa!
Aħna d-’department store’ lokali tiegħek, inwasslu prodotti kontemporanji f’ħanut b’ambjent li jiġbdek, fejn is-servizz u l-kwalità jiġu qabel kollox.

DITTA
Il-valuri ewlenin tagħna huma l-kwalità u l-valur għall-flus fi ħwienet li jilqgħuk u li huma maħsubin għall-familji. Aħna l-uniku bejjiegħ bl-imnut fuq skala kbira fir-Renju Unit li nwasslu servizz lokali ta’ bejgħ bl-imnut fuq skala ta’ department store.

VARJETÀ
M&Co toffri varjetà komprensiva ta’ oġġetti bi prezz kompetittiv b’aktar minn 7,000 prodott fis-sena. Nistgħu naħdmu flimkien biex infasslu varjetà għas-suq tiegħek.
Ser tibbenefika minn:
• Varjetajiet magħmula minn esperti fost għażla wiesgħa ta’ prodotti
• Prezzijiet kompetittivi li jibbenefikaw minn provvista globali u volumi ta’ ordnijiet M&Co
• Tim iffukat iddedikat għat-twassil ta’ sħubija b’suċċess

NISA
Ħwejjeġ tan-nisa li jolqtu l-għajn, versatili u klassiċi u b’attenzjoni lejn il-moda kontemporanja. It-tendenzi tal-istaġun huma interpretati b’mod attraenti u l-kollezzjonijiet joffru ħwejjeġ għall-okkazzjonijiet kollha b’taħlita ta’ ħwejjeġ femminili li jistgħu jintlibsu waħedhom, ħwejjeġ għal matul il-jum, ħwejjeġ puliti u oħrajn li jintlibsu għal xi okkażjoni speċjali.

BOUTIQUE
Kollezzjoni fost l-aqwa fis-suq għal M&Co li hija ddisinjata biex tkun varjetà li taqbel ma’ kollox, filwaqt li toffri xi ħaġa speċjali għall-klijenti eżistenti ta’ M&Co, iżda li għandha l-għan li tiġbed klijenti oħrajn lejn il-ħwienet tagħna. Bl-attenzjoni tkun lejn il-kwalità u d-disinn, użajna tessuti superjuri bħall-ħarir, il-ħarir li jiġġebbed, krippi Franċiżi u finituri metalliċi flimkien ma’ tiżjin u dekorazzjonijiet biż-żibeġ jew meħjutin li jgħinuna noffru prodott uniku.

PETITE
Iddisinjati speċjalment biex joqogħdu sew fuq nisa li mhumiex itwal minn 5’3″, il-varjetà Petite tagħna żżomm l-istil waħdieni tagħna, hekk kif tinkludi disinji għal matul il-jum u l-lejl li huma uniċi għall-varjetà Petite, kif ukoll xi wħud mill-oġġetti prinċipali mill-varjetà ta’ ħwejjeġ tan-nisa ewlenija tagħna.

ANYA MADSEN
Filwaqt li tirrifletti l-kollezzjonijiet ta’ ħwejjeġ tan-nisa tagħna, Anya Madsen, il-varjetà ta’ ħwejjeġ ta’ daqsijiet kbar għal nisa aktar qawwija, toffri għażla komprensiva ta’ oġġetti tal-moda. Id-disinji tagħna jaddattaw għad-dehriet essenzjali tal-istaġun f’oġġetti li jistgħu jintlibsu ma’ oħrajn jew waħedhom, li l-klijent jista’ jqabbel ma’ ħwejjeġ oħra mill-kollezzjoni. Disponibbli fid-daqsijiet 18–28.

AĊĊESSORJI
Minn ġojjelli finti sa maljerija ta’ kwalità għolja, id-dipartiment tal-aċċessorji qed jikseb dejjem aktar suċċess bil-kollezzjoni tiegħu ta’ basktijiet, ċinturini, xalpi u żraben li jistgħu jitqabblu flimkien.
ILBIES TA’ TAĦT TAN-NISA U MALJI
Varjetà li tinkludi riċipetti għal kuljum, qliezet u flokkijiet ta’ taħt sa ħwejjeġ għal bil-lejl għal dik l-okkażjoni speċjali, l-għażla esklussiva kollha tagħna ta’ riċipetti u ħwejjeġ li jmorru magħhom huma ddisinjati u meħjutin b’tali mod biex joqogħdu eżatt, iżda xorta waħda huma komdi.

TFAL
Aħna magħrufin għall-varjetajiet esklussivi ta’ kwalità tagħna għat-tfal, li joffru kollox minn ħwejjeġ essenzjali għal stili li huma moda, għal trabi sa tfal ta’ 13-il sena.

KYLIE 9-13+
Maħsuba għal bniet li jħobbu jsegwu l-moda, tista’ tibbaża fuq il-varjetà Kylie għal ħwejjeġ u aċċessorji li huma tal-moda. B’attenzjoni definita fuq id-dehriet essenzjali tal-istaġun, Kylie għandha dak kollu li tifla għandu jkollha fil-gwardarobba tagħha

ĦWEJJEĠ TAL-IRĠIEL SANDSTONE
B’approċċ innovattiv u dehra moderna, il-kollezzjoni tal-ħwejjeġ tal-irġiel tagħna Sandstone toffri ħwejjeġ tal-aħħar moda u kontemporanji għall-irġiel li jridu jidhru tajjeb u jħossuhom komdi.

AFFARIJIET GĦAD-DAR
Kollezzjonijiet ta’ prodotti faċli, bi prezz tajjeb u bi stil li jikkombinaw kuluri rikki u moderni ma’ oħrajn aktar moderati jagħmluha faċli biex kwalunkwe dar tingħata dehra ġdida eċċitanti.